Spanjol jammetti li ħebb għal kuntistabbli f’Tas-Sliema

Spanjol ta’ 46 sena ammetta fil-Qorti li ħebb għal kuntistabbli tal-Pulizija waqt argument f’ħanut tax-xorb f’Tas-Sliema.
Huwa ammetta wkoll li kien taħt l-influwenza tal-alkoħol. Il-każ seħħ it-Tlieta li għadda fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema.
L-Ispanjol ingħata s-sentenza ta’ tliet xhur priġunerija sospiżi għal sena u ġie mmultat €1,000.