Spanja trid li l-Unjoni Ewopea tiddiskuti l-Ebola

Spanja qed titlob biex waqt il-laqgħa ta’ għada tal-Kunsill tal-Ministri Ewropej għall-Affarijiet Barranin, jiġi inkluż u diskuss ukoll is-suġġett tal-virus tal-Ebola. 
It-talba ta’ Spanja waslet biss wara jumejn minn meta fi sptar f’Madrid, miet Miguel Pajares, il-missjunarju Spanjol ta’ 75 sena li ġie infettat mill-Ebola waqt li kien fil-Liberja. 
Sa issa l-Ebola qatlet aktar minn 1,000 persuna fil-Ginea, fil-Liberja, fi Sjerra Leone u n-Niġerja.