Spanja: Titwieled tarbija ta’ 6.2kg

Mara ta’ 41 sena għadha kemm weldet l-itqal tarbija li qatt twieldet b’mod naturali fi Spanja.

Iċ-ċkejkna twieldet tiżen 6.2kg. 

Ommha Maxime Marin, li għandha ċittadinanza Ingliża, għandha tliet itfal oħra li kollha kemm huma twieldu jiżnu aktar minn 4.5kg.

Maxime għadha ma qalitx jekk hux bi ħsiebha jkollha aktar tfal jew le.

Kelliem għall-isptar ta’ Denia, fil-provinċja ta’ Alicante qal li kemm l-omm u t-tarbija jinsabu f’saħħithom.

Jidher li din mhux l-ewwel darba li fi Spanja twieldu trabi kbar, imma sa issa dejjem bi twelid ċesarju.