Spanja titpoġġa fuq il-lista ta’ kwarantina tal-Ingilterra

REUTERS/Sergio Perez

Read in English.

Il-Gvern Ingliż mistenni jibda jordna lil dawk li deħlin fil-pajjiż minn Spanja imorru ġimagħtejn kwarantina f’każ li jkollhom il-coronavirus wara s-Sibt li ġej.

Ir-Reuters ikkwota rapport tal-gazzetta Sunday Times. L-editur politiku tal-gazzetta Tim Shipman qal fuq Twitter li t-tieni mewġa tal-COVID-19 wasslet biex Spanja titneħħa mil-lista s-sigura tal-pajjiżi tal-Ingilterra.

Il-Ministeru għas-Saħħa Ingliż ma għamel l-ebda kumment immedjat dwar ir-rapport.

Jekk ir-rapport huwa minnu, dan ikun daqqa ta’ ħarta kbira għal Spanja li qed tipprova tirkupra. Dan wara l-impatt negattiv li kellu l-COVID-19 fuq is-settur turistiku.