Spanja tikkunsidra li tibdel iż-żona tal-ħin

Membri Parlamentari fi Spanja qed jikkunsidraw li jibdlu ż-żoni tal-ħin b’siegħa, wara li rapport żvela li dan jista’ jtejjeb id-drawwiet tal-ikel, irqad u xogħol.

Id-dokument li tressaq minn Kummissjoni Parlamentari jgħid li għal aktar minn 71 sena Spanja kienet fiż-żona tal-ħin żbaljata.

Jgħid ukoll li Spanja għandha tkun fl-istess żona tal-ħin bħar-Renju Unit u l-Portugall.