Spanja tfittex Imam suspettat il-moħħ wara l-attakki terroristiċi

Il-Pulizija Spanjola qed tfittex Imam li jinsab mitluf għax qed temmen li kien il-moħħ wara l-attakki li seħħew f’Barcelona u f’Cambrils, fi Spanja.
Dan huwa d-disa’ rejd fi djar differenti ta’ suspettati li għandhom x’jaqsmu ma’ dawn l-attakki.
Il-ġirien tal-imam qalu li l-Pulizija marru hemm b’mandat ta’ tfittxija biex ineħħu kull munizzjoni u armi.
Huma qalu li l-pulizija qelbu r-residenza tal-Imam ta’ taħt fuq. Spjegaw li waqt it-tfittxija bdew jibżgħu hekk kif ħasbuhom li huma grupp tal-mafja sakemm semgħu l-kelma pulizija.
Il-ġirien iddiskrivewh bħala Imam normali u qalu li qatt ma ġiehom ebda suspett fuqu.
Intant il-Pulizija ċċirkondat il-postijiet fejn jgħixu l-erba’ suspettati wara dawn l-attakki.