Spanja tattakka lill-Italja b’egoiżmu

Read in English.

Fl-eku ta’ kwistjoni oħra bejn Malta u l-Italja dwar immigranti illegali li jinsabu bejn sema u ilma abbord il-bastiment Lifeline, il-Prim Ministru Spanjol tal-Partit Soċjalista Pedro Sanchez ħareġ jattakka lill-Gvern Taljan b’egoiżmu. F’intervista mal-ġurnal ‘El pajjiż’ , Sanchez qal li fl-Unjoni Ewropea jeżistu Gvernijiet li qed iħaddmu politika anti-ewropea fejn l-egoiżmu nazzjonali qed jinfirex l-aktar.

Madankollu, hu stqarr li dan hu riżultat ukoll tan-nuqqas  ta’ solidarjeta’ li l-Unjoni Ewropea uriet mal-Italja fil-passat, pajjiż li diġa’ qed jospita nofs miljun ruħ li telqu mix-xatt tal-Libja.

Spanja offriet għal darb’oħra biex toffri appoġġ lil Mlata jekk tkun meħtieġa għajnuna umanitarja lid-dgħajsa Lifeline.

Intant iktar tard il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat kif ukoll dak Taljan Giuseppe Conte mistennija jiltaqgħu wiċċ imb wiċċ f’Summit illi sejjaħ il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker u li magħhom se jkun hemm il-mexxejja tal-Ġermanja, Franza, Spanja, l-Awstrija u l-Bulgarija.