Spanja se tibda tiftaħ għat-turiżmu bil-mod; l-ewwel mal-Ewropa

Read in English.

Spanja dan is-sajf mistennija tibda tiftaħ bil-mod għat-turiżmu u se tibda l-ewwel ma’ pajjiżi fl-Ewropa filwaqt li se tiżgura li t-turisti jmorru biss f’dawk iż-żoni fejn il-pandemija coronavirus tinsab taħt kontroll qalet il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Arancha Gonzalez Laya.

Spanja s-soltu tilqa’ ‘l fuq minn 80 miljun viżitatur kull sena – wieħed mill-iżjed pajjiżi li jżuruh nies fid-dinja. Dan ifisser li t-turiżmu huwa kruċjali għall-ekonomija tal-pajjiż.

Għaldaqstant, il-pajjiż intlaqat b’mod ikrah mill-kriżi tal-coronavirus u għalhekk irid joqgħod attent hekk kif qed iħejji biex jerġa’ jiftaħ għall-viżitaturi fl-1 ta’ Lulju, qalet Gonzalez Laya f’kumment lil Reuters.

“L-2020 mhiex sena bħal tas-soltu, u għalhekk, mhux se nkunu nistgħu nġibu ruħna bħas-soltu,” qalet. “Qed nitkellmu dwar is-saħħa. Irridu niżguraw li ma nimpurtawx każi ġodda hekk kif għadna qed nikkontrollaw il-każijiet li għad għandna f’pajjiżna. Qed nippruvaw immexxu bi prudenza sabiex niżguraw li l-COVID tkun kontrollata.”

Għad fadal ħafna xi jkun deċiż dwar min se jkun jista’ jivvjaġġa, fejn u b’liema kriterji, u l-ewwel li qed niddiskutu huwa ma’ pajjiżi Ewropej dwar meta huwa ż-żmien li nistgħu niddeċiedu jekk territorju huwiex bla periklu jew le,” żiedet Gonzalez Laya.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn