Spanja miżmuma mill-Isvizzera

Żball rari mill-goalkeeper David De Gea ċaħħad lil Spanja milli jitilqu lejn ir-Russja b’rebħa fl-aħħar logħba ta’ taħriġ tagħhom.
L-iżball ta’ De Gea seħħ f’nofs it-tieni taqsima u ta l-opportunità lill-Isvizzera li jġibu d-draw grazzi għal Ricardo Rodriguez.
Spanja marru fil-vantaġġ fid-29 minuta meta l-plejer ta’ Real Sociedad Alvaro Odriozola skorja l-ewwel gowl tiegħu mat-tim nazzjonali.
Kien David Silva li xeħet il-ballun min-naħa tax-xellug lejn tarf il-kaxxa l-kbira fejn Odriozola kien jinsab sabiex poġġa lil Spanja fuq quddiem. Minkejja id-draw ir-rebbieħa tal-edizzjoni tal-2010, li kienu qed iserħu plejers li lagħbu fil-finali tal-UEFA Champions League bejn Real Madrid u Liverpool, kellhom prestazzjoni aħjar minn dik tar-rivali tagħhom.