Spanja l-pont il-ġdid għall-immigranti li jfittxu ażil

A dinghy of migrants intercepted aboard it off the coast in the Strait of Gibraltar, is seen after they arrived at the port of Tarifa, southern Spain July 7, 2018. REUTERS/Jon Nazca

Spanja saret il-punt ewlieni l-ġdid għal dawk li jfittxu ażil permezz li jaħarbu mill-Afrika.  Dan iwassal għal influss t’immigranti fl-Unjoni Ewropea u hemm biża’ li jistgħu jiggravaw it-tensjonijiet politiċi madwar ir-reġjun rigward l-immigrazzjoni.

Madwar 19,000 persuna jfittxu l-ażil waslu fi Spanja fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena, kważi daqs kemm waslu hemm matul l-2017, li qabeż għall-ewwel darba n-numru li jgħaddu mill-Afrika ta’ Fuq lejn l-Italja.

Iż-żieda ġiet intensifikata fl-aħħar ġimgħat hekk kif il-gvern il-ġdid tal-Italja għalaq il-portijiet tiegħu għall-biċċa l-kbira ta’dawk li jfittxu l-ażil.