Spanja: Ġnien fuq is-saqaf tal-karozzi

Fl-ibliet Spanjoli ppakkjati bit-traffiku, feġġet l-idea li tagħti nifs t’arja friska.

Karozza tal-linja ġiet iddisinjata biex iġġorr ġnien żgħir fuq is-saqaf tagħha.

Il-vettura imsejħa PhytoKinetic qed tintuża fil-belt ta’ Ġirona. L-għan hu li l-karozza tassorbi l-kimiċi li jagħmlu ħsara lin-nies u lill-ambjent.

It-tisqija tal-ġnien issir b’mod awtomatiku bl-ilma li joħroġ mis-sistema tal-arja kundizzjonata tal-karozzi.  

Il-pass li jmiss hu li numru ta’ vetturi oħra bil-ġnien fuq is-saqaf jintużaw fit-toroq ta’ Barċellona.

L-idea tal-karozzi bil-ġnien hi tal-artist Marc Granen.