Spanja dalwaqt f’lockdown – rapporti

Man, wearing a protective mask, walks through an empty street in Madrid
REUTERS/Sergio Perez

Il-Gvern Spanjol mistenni jħabbar lockdown minħabba l-istat ta’ emerġenza kkawżat mill-coronavirus, skont rapporti fil-midja Spanjola.

Il-BBC qed jirrapporta li l-każijiet ta’ COVID-19 fi Spanja telgħu b’1,500 u issa jlaħħqu mal-5,700.

Wara l-Italja, Spanja hija l-aktar pajjiż Ewropew milqut ħażin mill-virus. Fl-Italja hemm aktar minn 15,000 każ. Ilbieraħ l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) qalet li l-Ewropa kienet l-“epiċentru” l-ġdid tal-pandemija.

Id-Direttur Ġenerali tal-WHO Dr Tedros Adhanom Ghebreyesus appella lill-pajjiżi biex jużaw miżuri aggressivi, mobbilità fil-komunità, u distanza bejn in-nies biex isalvaw il-ħajjiet.

Għadd ta’ pajjiżi Ewropej irrapportaw żieda qawwija fl-infezzjonijiet u fl-imwiet fl-aħħar jiem.

F’Malta l-PM Robert Abela qal li għalissa m’hemmx bżonn lockdown fil-pajjiż. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jrid lockdown illum qabel għada.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn