Spanja b’lockdown parzjali biex tikkontrolla l-firxa tal-virus

REUTERS/Susana Vera

Aktar minn tliet miljun persuna f’Madrid spiċċaw iridu jsegwu restrizzjonijiet ġodda impost fuqhom hekk kif Spanja qed tipprova tikkontrolla l-aktar tieni mewġa ta’ infezzjonijiet ġodda fl-Ewropa. Ir-restrizzjonijiet ġodda jidher li huma ekwivalenti għal lockdown parzjali.

Ġurnali internazzjonali qed jgħidu kif minn issa, wieħed ma jistax jivvjaġġa ‘l barra mid-distrett tiegħu ħlief għal vjaġġi li huma essenzjali. Il-bars u r-restoranti ma jistgħux jibqgħu jservu wara l-10pm. Intant, ma jistax ikun hemm gruppi ta’ aktar minn sitt persuni fl-ebda tip ta’ kuntest.

Il-miżuri kienu ordnati mill-gvern federali ta’ Spanja u se jkunu fis-seħħ f’disgħa rħula madwar il-kapitali.

L-awtoritajiet tal-belt ta’ Madrid qed jirreżistu dawn ir-restrizzjonijiet u saħansitra ppruvaw jużaw il-qrati biex iwaqqfuhom. Il-Ministru għall-Ġustizzja ta’ Madrid qal li dan se jiswa mat-€8 biljuni għall-ekonomija tal-kapitali.