Spanja bl-ikbar qabda ta’ droga fi 17-il sena

Fi Spanja saret fost l-ikbar qabda ta’ droga kokaina fl-aħħar 17-il sena.
Fir-reġjun tal-Majjistral, Galicia, ġew arrestati 11-il persuna, fosthom minn Spanja stess, mill-Olanda u mill-Ingilterra, wara li nstabu iktar minn tliet tunnellati ta’ kokaina, miljun ewro f’kontanti u xi armi.
Skont il-Pulizija, id-droga kienet lesta għat-traffikar fl-inħawi turistiċi ta’ Costa del Sol.