Spanja bi tliet livelli ta’ miżuri għall-iskejjel

Photo by Pragyan Bezbaruah from Pexels

Read in English.

Skejjel fi Spanja se jagħlqu biss jekk il-coronavirus jinfirex ma’ l-istudenti u staff wara li jinfetħu għas-sena skolastika ġdida. Dan skont protokoll li nħareg mill-Ministeru tas-Saħħa u li u li ġie discuss mill-gvern u r-reġjuni l-oħra fi Spanja. 

Il-każijiet fi Spanja peró, qed jiżdiedu sew. Il-pajjiż ra’ mad-9,658 kaz il-Ħamis li għadda, l-ogħla żieda mindu bdiet it-tieni mewġa f’Awwissu. 

Spanja ddeċidiet li tagħmel pjan ibbażat fuq tlett xenarji li se jintużaw skont kemm tkun gravi l-firxa tal-coronavirus. L-ewwel xenarju huwa dan: jekk ikun hemm xi każijiet iżolati biss, jagħmlu xi miżuri biex jikkontrollaw il-firxa. Dan ifisser li huma jiżolaw il-kazijiet u jidentifikaw il-kuntatti tal-persuna nfettata.

It-tieni xenarju huwa għal meta s-sitwazzjoni tikkomplika ruħha u jkun hemm grupp ta’ nies li ġew nfettati. F’każ illi ma jistgħux jiġu identifikati gruppi li ġie f’kuntatt miegħu l-persuna nfettata, jew li jidher li hemm iżjed minn ġenerazzjoni waħda ta’ każijiet, xi klassijiet se jingħalqu. Iċ-ċirku ta ħbieb tal-persuna li ġiet infettata wkoll titwessà biex ikopru kull eventwalità.

L-aħħar xenarju huwa jekk ikun hemm trasmissjoni wiesà tal-virus, b’ żieda qawwija ta’ każijiet fl-iskola stess. F’dan il-każ, l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika jevalwaw ir-riskju li hemm u jżidu l-mizuri fejn jaraw li hemm bzonn. L-għeluq ta’ l-iskejjel dejjem jitqies bħala l-aħħar rimedju.

Il-protokoll jinsisti wkoll li dawk kollha fl-iskejjel li għandhom sintomì tal-coronavirus jibqgħu id-dar. Jekk jibdew juru sintomi tal-virus waqt li jkunu qegħdin fl-iskola, dawn għandhom jilbsu maskra u jintbagħtu f’post seperat. Il-familja u dawk kollha responsabbli biex jiġġieldu l-firxa tal-coronavirus fl-iskejjel għandhom jiġu nfurmati.