Ingredjenti
100g basal imqatta’ roti
200g faqqiegħ
100g butir
200g spaghetti
bżar u melħ
bajda
nofs tazza ħalib
3 mgħaref ġobon parmiġġjan
landa kbira tonn taż-żejt
Metodu
Dewweb il-butir u sajjar fih il-basal u l-faqqiegħ.
Għalli l-għaġin sakemm tara li jkun sar tajjeb kif tixtiequ.
Ħabbat il-bajda mal-ħalib, mal-ġobon u l-melħ u bżar. Sajjar fuq nar baxx ħafna għal minuta.
Saffi l-għaġin u ħalltu mat-taħlita tal-bajda.
Neħħi ż-żejt mil-landa tat-tonn taż-żejt u ħalltu mal-għaġin. Fl-aħħar nett żid il-basal u l-faqqiegħ, ħawwad tajjeb u tista’ sservi.