Spaghetti bil-lumi

Ingredjenti

200g spaghetti

3 mgħaref butir

2 sinniet tewm, mitħuna

1 lumija

60g ġobon maħkuk

melħ u bżar

Metodu

Sajjar l-ispaghetti al dente. Irriżerva tazza mill-ilma tat-togħlija tal-għaġin.

Meta tara li l-ispaghetti jkun wasal biex isir dewweb il-butir f’taġen kbir fuq nar moderat. Itfa’ t-tewm u aqli għal 30 sekonda.

Meta l-għaġin isir itfgħu fit-taġen. Ferra’ nofs tazza mill-ilma tat-togħlija tal-għaġin u ħallat sew. Ħawwad malajr sakemm l-għaġin jinkesa tajjeb bit-taħlita u jekk ikun hemm bżonn żid aktar ilma tat-togħlija tal-għaġin jekk tara li l-ispaghetti jkun beda jsir ħaġa waħda.

Ħokk il-qoxra tal-lumija fil-wiċċ u mbagħad agħsarha fuq l-għaġin. Roxx il-ġobon maħkuk u l-bżar u melħ. Ħawwad sew u servi, jekk trid, b’biċċiet tal-lumi.