Spagetti karbonara bil-parmiġġan u l-panċetta

Riċetta ta' Anton B. Dougall
(Għal 4 persuni)
Ingredjenti:

  • 4.8 litri ilma
  • 1-2 mgħaref melħ
  • 450gr spaghetti
  • 4 mgħaref żejt taż-żebbuġa ‘extra vergine’
  • 200gr panċetta jew bejken ‘streaky’ iffumiġat imqatta’ strixxi wesgħin 1ċm
  • ½ kuċċarina bżar u melħ
  • 3-4 bajdiet organiċi mħabbtin ħafif
  • 2 mgħaref ‘crème frâiche’
  • 90gr ġobon Parmiġġjan maħkuk                     
  • Tursin frisk imqatta’

Metodu:
1. Sajjar l-għaġin fil-misħun jagħli bil-melħ u saffiħ sewwa.
2. Saħħan iż-żejt f’taġen kbir fuq nar moderat. Żid il-bejken jew panċetta u sajjar għal 5-6 minuti filwaqt li tħawwad sikwit, sakemm il-bejken jieħu l-kulur u jiġi ftit iqarmeċ. Żid il-bżar u sajjar għal minuta oħra.
3. Ħallat l-ispagetti mal-bejken sakemm jisħon.
4. Ħawwad flimkien il-bajd, il-‘crème frâiche’ u t-tursin u żidhom mal-ispagetti. Neħħi minn fuq in-nar u ħawwad l-ħin kollu għal minuta biex il-bajd isir bis-sħana tal-ispagetti. Issa żid tliet kwarti tal-ġobon maħkuk.
5. Qassam l-għagin fil-platti u ferrex fuqu l-ġobon li fadal u t-tursin.

Segwi aktar riċetti fuq il-programm Ta' Kulħadd ma' Christine Delicata kuljum bejn id-9am u nofsinhar u l-programm Insellimlek ma' Sonia Young kuljum bejn it-3pm u l-4:30pm fuq RTK 

Ritratt: Foodandwine.com