Spagetti b’meatballs biz-zalza taħt il-grill

Ingredjenti

400g spagetti

Għall-meatballs

60g  basal imqatta’ fin

30g frak tal-ħobż tal-pakkett

1 bajda kbira

2 mgħaref ġobon Parmiġġjan maħkuk

1 mgħarfa ħalib

nofs kuċċarina trab tat-tewm

nofs kuċċarina trab tal-basal

450g ikkapuljat taċ-ċanga

Għaz-zalza tat-tadam

5 tadamiet kbar, imqattgħa

3 irjus tat-tewm, mgħaffġa

1 mgħarfa żejt taż-żebbuġa

1 kuċċarina zokkor

1 kuċċarina melħ

nofs kuċċarina origanu

nofs kuċċarina bżar

2 mgħaref weraq tal-ħabaq frisk mqattgħa rqiq

Għal wiċċ

ġobon Parmiġġjan maħkuk

Metodu

Sajjar l-ispagetti u neħħi mill-ilma.

Sadattant ħawwad flimkien  il-basal, il-frak tal-ħobż, il-bajda, il-Parmiġġjan, il-ħalib, it-tewm u l-melħ u l-bżar. Żid il-laħam u ħawwad ftit. Ifforma blalen tal-laħam ta’ madwar 2ċm. Poġġi l-blalen tal-laħam taħt il-grill u sajjar sakemm isir sewwa, madwar 10 minuti.

Biex tagħmel iz-zalza ħawwad flimkien it-tadam, it-tewm, iż-żejt taż-żebbuġa, iz-zokkor, il-melħ, l-origanu u l-bżar. Poġġi taħt il-grill b’nar moderat sakemm iz-zalza tibda tagħli, madwar 10 minuti. Wara żid il-ħabaq.

Servi l-blalen tal-laħam fuq l-ispagetti u fil-wiċċ agħmel biċċiet żgħar tal-ġobon Parmiġġjan.