Spagetti bi blalen tal-majjal, spinaċi u piżelli

Ingredjenti

500g ikkapuljat tal-majjal

1 tuffieħa maħkuka

1 mgħarfa żejt

300g spagetti

200g spinaċi, u ftit ieħor biex isservi

1 avokado, bla għadma u mqaxxra

ftit ħabaq

100g piżelli tal-friża

25g ġobon maħkuk, u ftit ieħor biex isservi

Metodu

Ħallat flimkien l-ikkapuljat u t-tuffieħa. Bihom agħmel 24 ballun id-daqs ta’ cherry tomato. Saħħan iż-żejt u aqli l-blalen sakemm isiru tajjeb.

Sajjar l-ispagetti u saffi.

Sadattant lesti z-zalza. Ferragħ l-misħun fuq il-piżelli biex tneħħilhom il-friża. F’food processor itħan flimkien il-piżelli, l-ispinaċi, l-avokado, il-ħabaq u l-ġobon flimkien ma’ 100ml ilma. Jekk ikun hemm bżonn uża aktar ilma biex ikollok zalza ftit likwida.

Saħħan l-ispagetti fi ftit ilma, żid il-kumplament tal-piżelli u saħħan għal minuta.

Poġġi l-ispagetti fit-taġen taz-zalza ma ftit weraq sħaħ tal-ispinaċi u saħħan għal 2 minuti.

Servi bi ftit ġobon maħkuk fil-wiċċ.