Spa propost f’Ħad-Dingli jkollu impatt ħażin fuq iż-żona – ERA

Ġie ppubblikat l-assessjar tal-impatt fuq l-ambjent (EIA) ta’ permess li jipproponi li titwaqqa’ kamra tan-nar f’Ħad-Dingli biex minflokha jinbnew spa ekoloġiku u lukanda, u l-pubbliku hu mistieden jgħid x’jaħseb fuq din il-proposta sas-7 ta’ Jannar.

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) oġġezzjonat għal dan l-iżvilupp peress li jmur kontra l-ħidma biex tiġi ppreservata ż-żona tal-madwar. L-EIA nnota li l-impatt tal-iżvilupp fuq iż-żona jkun sinifikanti.

L-iżvilupp propost huwa ta’ 6,275 metru kwadru u jkun jikkonsisti f’5 livelli, b’għoli stmat ta’ 1.8 metri aktar mill-bini ta’ bħalissa.

Aqra l-artiklu kollu hawnhekk.

Wieħed jista’ jgħid x’jaħseb dwar dan l-iżvilupp billi jibgħat email fuq eia.malta@era.org.mt.