Sovranità mxekkla bis-sħubija ta’ Malta fl-UE – Sant

Read in English.

L-eks Prim Ministru u Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant qal li s-sovranità ta’ Malta xxekklet bis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropa. Huwa qal dan meta fuq Facebook ikkummenta dwar id-deċiżjoni tal-Qorti Maltija li titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biex tagħti ġudizzju dwar kif jinħatru l-Imħallfin u l-Maġistrati.

Sant kien mexxa l-kampanja Laburista għar-referendum tal-2003 kontra s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.

Il-Membru Parlamentari Ewropew David Casa li ż-żmien jgħaddi imma Alfred Sant l-istess baqa’. Huwa stqarr li Sant jaħseb hekk għaliex l-Ewropa qed iżżomm sens ta’ kontabbiltà fuq il-Prim Ministru Joseph Muscat. Qal ukoll li b’dan l-aġir, Sant jaħseb li qed tindaħal għax qed nirrikorru għal-drittijiet li 15-il sena ilu hu ried iċaħħadna.

Casa kien il-ko-fundatur tal-Moviment IVA li mexxa l-kampanja favur is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.

F’post ippubblikat illum, Alfred Sant kompla jgħid li “l-aqwa għodda demokratika li għandna mill-Indipendenza lil hawn, il-Kostituzzjoni, qed tiġi soġġetta għal awtorità barranija f’materji li jirrigwardaw it-tmexxija strettament interna tal-pajjiż”.

Stqarr li hija “tal-mistħija” meta qal li “suppost li dħalna membri fl-Unjoni wara li kien hemm qbil minn kulħadd li f’Malta hemm is-salvagwardji kollha fit-tmexxija statali li għandhom il-pajjiżi membri l-oħra”.