Southwest Airlines: Ordnati spezzjonijiet fuq il-paletti tat-turbini wara inċident fatali

Awtoritajiet fil-qasam tal-avjazzjoni fl-Istati Uniti ordnaw spezzjonijiet wara inċident li qatel persuna.
It-titjira 1380 ta’ Southwest Airlines, bil-Boeing 737-700, li kienet sejra minn New York għal Dallas, kellu jerġa’ jinżel fuq l-art wara ftit tal-ħin li qala’ wara li lbieraħ splużjoni fil-magni taqqbet it-tieqa li ħdejha kienet qiegħda bilqiegħda l-mara, u din mietet wara li kważi nġibdet kollha kemm hi mit-tieqa.
Intqal li l-paletti tal-magna li ilhom għal xi żmien jintużaw se jibda jsirilhom testijiet.
L-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni (FAA) qalet li r-riżultati tat-testijiet fuq il-paletta ta’ dan l-ajruplan se joħorġu ġimagħtejn oħra.
Is-sena l-oħra l-FAA qalet li mal-220 magna ta’ dawn l-ajruplani għandhom bżonn dawn it-testijiet.
Skont l-investigaturi, biċċa mill-paletta tat-turbina tal-magna taret minħabba li kienet walset, u sabu wkoll qasma oħra aktar ’l isfel fil-paletta.
Iċ-Ċermen tal-Bord Nazzjonali Amerikan għas-Sigurtà fit-Trasportazzjoni, Robert Sumwalt, ma setax jikkonferma mal-midja internazzjonali dan l-inċident hux se jiskatta spezzjoni fil-flotta kollha t’ajruplani Boeing 737-700.