Gareth Southgate stqarr li jinsab kuntent bit-taħriġ tal-iskwadra tiegħu għal-kampjonat tat-Tazza tad-Dinja. It-tim Ingliż huwa mistenni li jivvjaġġa lejn ir-Russa nhar it-Tlieta, bl-ewwel logħba tkun kontra t- Tuneżija nhar it-Tnejn 18 ta’ Ġunju fil-Volgograd Arena. Dan huwa l-ewwel turnew għall-eks kowċ ta’ Middlesbrough F.C u s’issa wera li jaf jieħu deċiżjonijiet iebsin billi ħalla barra plejers, bħal Jack Wilshere u Joe Hart, li kellhom rwol importanti f’kompetizzjonijiet preċedenti. L-Ingliżi jgawdu min-numru ta’ plejers żgħażagħ fl-iskwadra tagħhom u l-partitarji qed jittamaw li dawn jistgħu juru l-istess wirjiet li jkollhom mal-klabb tagħhom fuq livell internazzjonali. Jista’ Southgate jwassal lill-Ingilterra għar-rebħ filwaqt li jevita falliment ieħor fit-Tazza tad-Dinja?
AKTAR ARTIKLI
Passi legali, frustrazzjoni u rabja wara tnaqqis fil-kunsinji tal-vaċċin
Pfizer u BioNTech irrifjutaw li jikkummentaw dwar it-tnaqqis.
Id-dritt li wieħed jaqta’ mix-xogħol għandu jkun dritt fundamentali – l-MEPs
Il-Parlament Ewropew qiegħed jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tipproponi liġi li permezz tagħha dawk li jaħdmu b’mod diġitali jkunu jistgħu jieqfu barra mill-ħinijiet tax-xogħol u ma jkunx hemm riperkussjonijiet.
Ma tgħaddix il-proposta ta’ Moviment Graffitti biex is-siġar f’Ħad-Dingli jkunu protetti
It-talba tal-Moviment Graffitti biex is-siġar tal-ħarrub eżistenti fi Triq San Ġwann Bosco, Ħad-Dingli jiġu ddikjarati bħala Żona ta’ Protezzjoni tas-Siġar (TPA) ma għadditx b’sitt voti kontra tnejn.