Southgate jagħżel l-iskwadra għal-logħob li jmiss

Tomori u Abraham ta’ Chelsea fost il-magħżula mat-tim nazzjonali Ingliż

Il-midfielders Dele Alli u Jesse Lingard tħallew barra mil-lista ta’ plejers li ntgħażlu minn Gareth Southgate. L-iskwadra magħżula se tikkompeti barra minn pajjiża kontra r-Repubblika Ċeka u l-Bulgarija.

Ġew mgħajta għall-ewwel darba d-difensur Fikayo Tomori kif ukoll sieħbu Tammy Abraham li t-tnejn jilagħbu għal Chelsea.

Kyle Walker ta’ City reġa’ ntagħżel biex ikun parti mill-iskwadra.

It-tim Ingliż se jkun qed jilgħab kontra r-Repubblika Ċeka fil-11 ta’ Ottubru u kontra l-Bulgarija fl-14.