Southgate bagħat lil Sterling lura d-dar

L-attakkant Ingliż Rahemm Sterling ammetta li l-emozzjonijiet għamlu bih wara li tneħħa mil-lista ta’ plejers magħżula għal logħba kontra l-Montenegro. Dan ġara wara li kellu xi jgħid ma’ sieħbu Joe Gomez.

Il-plejer ta’ Manchester City li għandu 24 sena ikkonferma fuq il-midja soċjali li kellu diżgwit mal-plejer ta’ Liverpool Joe Gomez li għandu 22 sena. Sterling u Gomez kellhom argument fil-grawnd waqt il-logħba tal-premier league li ntlagħbet nhar il-Ħadd li għadda.

Southgate qal li issa li ttieħdet din id-deċiżjoni mat-tim kollu, jeħtieġ li jiffukaw fuq il-logħba ta’ nhar il-Ħamis.