Sottomissjoni waħda għal proġett ta’ trasport alternattiv fil-Port il-Kbir

AX Holdings kienet l-unika kumpanija li tefgħet is-sottomissjoni quddiem Projects Malta għall-proġett ta’ diżinn, bini u tħaddim ta’ trasport fil-Port il-Kbir u l-madwar u l-Port ta’ Marsamxett.
Fis-sejħa maħruġa f’Awwissu ta’ din is-sena, Projects Malta talbet biex jitressqu ideat għal proġetti innovattivi li joffru soluzzjonijiet alternattivi għall-pubbliku.
Projects Malta qalet li dawn il-proġetti għandhom ikunu effiċjenti, effettivi u li ma jinkludux użu ta’ karozzi u dan biex jonqos it-traffiku u l-ħin tas-stennija għall-pubbliku.