Sottomessi 3 offerti biex titranġa triq “perikoluża” fix-Xwejni

Facebook - Daniel Cordina

Ġew sottomessi tliet offerti wara li ħareġ tender biex titranġa triq “perikoluża” fix-Xwejni.

Kelliem għall-Ministeru għal Għawdex qal ma’ Newsbook.com.mt li bħalissa qed isir il-proċess ta’ evalwazzjoni imma ma speċifikax meta dan il-perjodu se jintemm.

It-tender, li waqaf jirċievi applikazzjonijiet fil-bidu ta’ Frar, jinkuludi l-bini ta’ ħajt mill-ġdid u tiswija ta’ Triq ix-Xwejni, f’Marsalforn. It-tender infetaħ f’Jannar.

Fl-2018, il-Viċi-Sindku taż-Żebbuġ Daniel Cordina kien qal li hemm periklu għall-karozzi qrib il-bajja tax-Xwejni f’Għawdex. Fuq Facebook Cordina tella’ ritratti li juru ħajt li jidher li ħiereġ il-ġebel minnu. Qal li minkejja li rrapporta l-ħsara, il-periklu ilu hemm “għal diversi xhur”. Staqsa għalfejn qed ikun hemm dewmien biex jitneħħa l-periklu.

Wasalna F'Marzu is-Sajf kwazi maghna , ghaddew aktar min sena u dan il-periklu ghadu hemm!!Nistaqsi lil Awtorita…

Posted by Daniel Cordina on Wednesday, March 6, 2019