Sospiżi ż-żidiet fit-tariffi tal-Port li kellhom jidħlu fis-seħħ għada

Ġew sospiżi ż-żidiet fit-tariffi (terminal operator charges) li kellhom jidħlu fis-seħħ minn għada.
Dawn ġew sospiżi wara laqgħa li saret bejn il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi, iċ-Ċermen ta’ Transport Malta James Piscopo u uffiċjali ta’ Transport Malta mal-maniġment tal-Valletta Gateway Terminals.
Skont ftehim li ntlaħaq fl-2010, il-Valletta Gateway Terminals kellha d-dritt tgħolli t-tariffi kull tliet snin. Dawk preżenti għal-laqgħa qablu li dawn iż-żidied ma jidħlux fis-seħħ sakemm id-diskussjonijiet bejn iż-żewġ naħat għadhom għaddejjin.
L-iskop finali hu li jintlaħaq ftehim biex ma jogħlewx l-ispejjeż.