Sospiżi t-titjiriet fi Tripli

Aktar ġlied bejn gruppi militari qrib l-ajruport internazzjonali f’Tripli wassal għat-titjiriet minn u lejn l-ajruport ikunu sospiżi.
Ġew irrappurtati splużjonijiet u tiri b’armi tan-nar.
Ir-ribelli kontra l-Iżlamiċi mir-reġjun Zintan ilhom jirreżistu attentati għall-poter mill-2011.
Huma kienu ħadu f’idejhom il-kontroll tal-ajruport u ż-żona tal-madwar.
Il-mexxejja Libjana għad m’irnexxielhomx ireġġgħu lura għan-normal l-istabbiltà tal-pajjiż, wara t-twelid t’għadd ta’ gruppi militari wara l-gwerra ċivili.