Sospiżi t-testijiet tal-VRT

Transport Malta ħabbret li qed tissospendi t-testijiet tal-VRT. Dawn il-miżuri qed jittieħdu biex tiġi kkontrollata l-imxija tal-COVID-19.

Fi stqarrija l-Awtorità għat-Trasport f’Malta avżat li l-liċenzji tal-vetturi kollha li jiskadu mill-aħħar ta’ Marzu 2020 ‘il quddiem se jibqgħu awtomatikament validi għax-xhur ta’ wara, sakemm dawn il-vetturi jkunu koperti b’polza tal-assikurazzjoni valida.
Intqal li dawn il-miżuri qed jittieħdu wara dikussjonijiet mal-Awtoritajiet tas-Saħħa u b’kollaborazzjoni mal-Malta Insurance Associations (MIA) u l-Kamra tal-SMEs.

Intqal ukoll li l-faċilitajiet tat-testijiet se jkunu kollha magħluqin b’effett immedjat.

L-Awtorità saħqet li biex issuq xorta waħda għandek bżonn polza tal-assikurazzjoni valida maħruġa b’mod elettroniku mill-kumpaniji jew l-intermedjarji tal-assikurazzjoni lokali.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn