Sospiżi n-negozjati bejn l-Istati Uniti u l-UE dwar il-patt ta’ kummerċ ħieles

In-negozjati bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea dwar il-patt ta’ kummerċ ħieles ġew sospiżi minħabba li l-Gvern Amerikan jinsab sospiż.

Hu mifhum li uffiċjali Amerikani kienu se jiltaqgħu fi Brussel matul il-ġimgħa d-dieħla sabiex jiddiskutu ftehim bil-għan li jagħtu spinta lir-rabtiet bilaterali.

Aktar kmieni, il-President Amerikan Barack Obama ikkanċella l-vjaġġ li kellu jagħmel fl-Asja minħabba dan in-nuqqas ta’ qbil fl-Amerika.

Il-Gvern Amerikan ma laħaqx ftehim hekk kif il-Kamra tar-Rappreżentanti anke waqfet kull finanzjament fil-qasam tas-saħħa.

Ta’ min jgħid li minħabba n-nuqqas ta’ ftehim dwar il-baġit tas-sena d-dieħla, mijiet ta’ eluf ta’ ħaddiema tal-Gvern naqsu milli jidħlu għax-xogħol, hekk kif mhux qed jitħallsu tal-ħidma tagħhom.