Sospiżi l-lezzjonijiet tas-sewqan

Read in English.

Minn għada s-Sibt, Transport Malta se tkun qed tissospendi l-lezzjonijiet tas-sewqan. Dan minħabba l-iżviluppi fl-imxija tal-COVID-19. FI stqarrija Transport Malta qalet li din il-miżura qed tittieħed biex kemm jista’ jkun tonqos it-trasmissjoni tal-istess virus.

Wara numru ta’ miżuri li ħadet Transport Malta matul il-ġimgħa li għaddiet, l-Awtorità tħoss li issa għandhom jittieħdu miżuri ulterjuri. Dawn il-miżuri qed jittieħdu wara diskussjonijiet mal-Awtoritajiet tas-Saħħa u se jibqgħu japplikaw sakemm ikun hemm komunikat ieħor minn Transport Malta.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn