Aġġornata: Sospiżi l-kampjonati kollha tal-waterpolo lokali

Fid-dawl tal-inċidenti repetuti li qed isiru matul l-istaġun tal-waterpolo, l-Eżekuttiv tal-ASA ddeċieda li b’effett immedjat jiġu sospiżi l-kampjonati kollha.
Din is-sospensjoni tapplika għal-logħob tat-tim nazzjonali, kompetizzjonijiet tal-etajiet kollha u anki l-kampjonat tan-Nisa.
It-tkomplija ta’ dawn il-kompetizzjonijiet kollha, se tkun l-ewwel fuq l-aġenda waqt il-laqgħa b’urġenza tal-Kunsill, li se ssir għada minflok nhar it-Tlieta li ġej, fis-6:30pm fil-HQ tal-ASA f'Tal-Qroqq.