Sospiżi l-eżamijiet kollha tal-karozza b’mod indefinit

Read in English.

Transport Malta ħabbret li qed tissosspendi l-eżamijiet tal-prattika u tat-teorija b’mod indefinit sakemm issir notifika uffiċjali oħra. Fi stqarrija, Transport Malta ħabbret ukoll miżuri ta’ prevenzjoni waqt il-lezzjonijiet tas-sewqan.

Fil-jiem li għaddew Transport Malta kienet ħabbret li qed tissosspendi dawn l-eżamijiet għal 8 ijiem filwaqt li ġew sospiżi wkoll it-testijiet tal-VRT.

Intqal li wara diskussjonijiet mal-Awtoritajiet tas-Saħħa u l-Assoċjazzjoni tal-Għalliema tas-Sewqan intlaħaq qbil li minkejja li l-lezzjonijiet tat-tagħlim tas-sewqan se jkomplu xorta waħda, se jiddaħħlu għadd ta’ miżuri biex jonqos ir-riskju tat-tixrid tal-Covid-19.

Dawn huma l-miżuri li daħlu fis-seħħ:

  • L-għalliema m’għandux ikollhom aktar minn persuna oħra fil-vettura.
  • Is-sedil tal-vettura jrid ikun miksi bil-ġilda jew inkella bir-rexine, sabiex kull tip ta’ qtar jibqa’ fuq il-wiċċ tas-sedil.
  • L-għalliema għandhom jiddisinfettaw is-sedil, l-istering u d-dashboard wara li kull student jispiċċa l-lezzjoni.
  • It-twieqi tal-vettura għandhom ikunu, tal-inqas, parzjalment miftuħa sabiex ikun hemm ventilazzjoni adekwata.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn