Sospiżi t-titjiriet fuq Tripli

A Libyan flag flutters atop the Libyan Consulate in Athens, Greece, December 6, 2019. REUTERS/Costas Baltas

It-titjiriet fuq Tripli ġew sospiżi wara li kien ġew sparati għadd ta’ missili fiż-żona tal-ajruport ta’ Mitiga. 

L-ajruport ta’ Mitiga ta’ sikwit jiġi magħluq minħabba l-konflitt intern li għaddej bħalissa fil-pajjiż bejn il-forzi tal-Gvern rikonoxxut mill-komunita internazzjonali u l-Ġnus Magħquda u l-forzi allejati ta’ Haftar. 

L-ajruport ta’ Mitiga kien reġa beda jawtorizza t-titjiriet fil-bidu ta’ Diċembru, wara tliet xhur magħluq. 

Sa issa għadu mhux magħruf il-kawża li wasslet biex t-titjiriet fuq Mitiga jitwaqqfu. 

Sadanittant l-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel għamlet telefonati separati mal-President Russu Vladimir Putin u l-President Tokr Tayyip Erdogan fi sforz biex tinstab soluzzjoni diplomatika fil-Libja.

Dawn l-isforzi qed isiru fid-dawl tad-deċiżjoni tat-Turkija li tibgħat truppi fil-Libja nhar it-Tnejn li ġej. 

Il-Ministru tal-affarijiet barranin Tork kien spjega li jekk mhux ser tittieħed azzjoni militari, il-Libja kienet qed tirriskja li ssir Sirja oħra. Kelliem għall-Ministru tal-Affarijiet Barranin Libjan qal li l-Ġermanja qed issegwi b’interess u tħassib dak li qed jiġri. Il-Ġermanja offriet li tospita konferenza internazzjonali fi sforz biex jinstab żblokk fuq il-Libja.