Sospiża t-tfittxija għall-vittmi tal-maltemp fil-Ġappun

Fil-Ġappun, xita qawwija xekklet ħidma tas-salvataġġ fejn valanga ta’ tajn ħalliet tal-inqas 39 persuna mejta. Rapporti qed jgħidu li l-għadd ta’ vittmi jista’ jkun qrib mija.
L-għadd ta’ persuni nieqsa tela’ għal 51 persuna.
B’kollox fiż-żona hemm 3,000 membru tas-salvataġġ, iżda minħabba x-xita matul il-lejl li għadda, il-ħidma ġiet sospiża.
Għexieren ta’ djar fil-periferija ta’ Hiroshima ntradmu.