Sospiża l-liċenzja ta’ Ariadne Capital Malta Limited

L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji l-MFSA issospendiet b’mod immedjat il-liċenzja ta’ Ariadne Capital Malta Limited.
Fi stqarrija l-MFSA qalet li għamlet dan fl-obbligi tagħha taħt l-Att tas-Servizzi Finanzjarji.
L-MFSA sostniet li ħarġet din l-istqarrija wara li eżaminat il-fatti u rriżultaw diversi nuqqasijiet mill-kumpanija fosthom li jkollha uffiċjal tal-compliance il-ħinkollu, nuqqas ta’ kollaborazzjoni mal-MFSA u nuqqasijiet oħra fejn jidħlu kontrolli, riżorsi u strutturi interni.
l-Awtorità kompliet tgħid li qed tinvestiga allegazzjonijiet li permes tagħhom setgħu intlaqtu ħażin uħud mill-klijienti tas-servizzi finanzjarji.
Id-direttur tal-kumpanija hija Julie Meyer.
Id-deċiżjoni tal-MFSA tista’ tiġi appellata fit-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji.