Sospiża l-ħidma biex jinstab iż-żagħżugħ li waqa’ minn cruiseliner

Il-Gwardja tal-Kosta tal-Istati Uniti qalet li matul il-lejl li għadda waqqfet il-ħidma sabiex jinstab il-membru tal-crew li waqa’ minn vapur tar-Royal Carribbean Cruises Ltd. fl-Oċean Atlantiku.

It-tiftix kien ilu għaddej madwar 83 siegħa u kompra 3,707 mil kwadru skont il-Gwardja tal-Kosta tal-Istati Uniti. Qal ukoll li l-familja taż-żagħżugħ Brittanniku ġiet ikkuntattjata.

Fid-dikjarazzjoni, il-Gwardja tal-Kosta qal li t-twaqqif ta’ tiftix għall-persuna nieqsa hija waħda mill-aktar deċiżjonijiet diffiċli tagħhom.

Arron Hough, ta’ 20 sena, waqa’ mill-vapur madwar 430 kilometru mill-Majjistral ta’ Puerto Rico nhar it-Tlieta. Royal Carribbean Cruises kien ħabbar li ż-żagħżugħ kien membru tal-tim tad-divertiment fuq il-vapur magħruf bħala Harmony of the Seas.