Sospiż rebbieħ tal-London Marathon

Daniel Wanjiru, l-atleta mill-Kenja, rebbieħ tal-London Marathon tal-2017, ġie sospiż proviżorjament mill-Athletics Integrity Unit.

Nhar it-Tlieta li għadda il-Unit fuq is-sit tal-London Marathon tħabbar li l-atleta kien akkużat li uża metodi jew sustanzi projbiti. Dan ifisser li l-atleta ta’ 27 sena ma jistax jieħu sehem f’xi kompetizzjoni sakemm jinstema’ l-każ tiegħu.

Daniel Wanjiru kien rebaħ il-maratona f’Amsterdam fl-2016 u spiċċa fit-tmien u fil-11-il post fl-aħħar sentejn f’Londra.

F’dawn l-aħħar ħames snin kien hemm madwar 60 atleta mill-Kenja li kienu sospiżi minħabba l-użu tad-drogi. Ix-xahar li għadd l-Kenja ħabbret li min jinqabad jieħu d-drogi waqt attivitajiet sportivi kien se jkun kunsidrat każ kriminali u jista’ jinxteħet anki l-ħabs.