Sospiż is-servizz tal-X-ray fil-Mosta minħabba xogħol ta’ manutenzjoni

Is-servizzi tal-X-ray fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta ġie sospiż minħabba xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-magna tal-X-ray.

Fi stqarrija mid-Dipartiment tal-Kura Primarja tas-Saħħa ntqal li s-servizzi tal-X-ray fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta se jkunu sospiżi nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Awwissu.

Għalhekk każijiet urġenti għandhom jiġu referuti l-isptar Mater Dei, filwaqt li każijiet mhux urġenti għandhom jingħataw appuntament.