Sospiż għal 3 xhur l-iskavar f’żoni turistiċi

Read in English.

Mhux se jkun jista’ jsir xogħol ta’ skavar u twaqqigħ f’żoni turistiċi bejn l-1 ta’ Lulju u t-30 ta’ Settembru.

Fi stqarrija l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) qalet li dan qed isir minħabba l-inkonvenjent li joħolqu siti ta’ kostruzzjoni fuq dawn l-inħawi. L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) ddeċidiet liema huma dawn iż-żoni turistiċi.

Il-PA qalet li minħabba l-coronavirus ix-xogħol ta’ twaqqigħ u skavar jista’ jsir fiż-żoni turistiċi bejn il-15 u t-30 ta’ Ġunju.

Ksur tar-regoli jista’ jiġi rrapportat fuq in-numru tal-PA – 2290 0000.

Tista’ tara ż-żoni affettwati minn hawn.

Dawk in-nies li jridu jżidu aktar toroq għall-2021 jistgħu jibgħatu t-talba tagħhom permezz tal-Kunsill Lokali tagħhom fuq tourism.development.mta@visitmalta.com sat-31 ta’ Awwissu 2020.