Sospensjoni tal-Gozo Channel fil-Milied u fl-Ewwel tas-Sena

Dakinhar tal-Milied u tal-Ewwel tas-Sena, il-Gozo Channel se tissosspendi s-servizz tiegħu bejn nofsinhar u t-3.00 ta’ waranofsinhar.
Fi stqarrija l-kumpanija tal-Gozo Channel qalet li s-servizz se jkun sospiż sabiex l-impjegati jkunu jistgħu jmorru jieklu mal-familja u l-ħbieb.
Għaldaqstant, il-vjaġġi li mhux se jsiru huma dawn:
Mill-Imġarr lejn iċ-Ċirkewwa:
·         12:00
·         12:45
·         13:30
·         14:15
 
Miċ-Ċirkewwa lejn l-Imġarr
·         12:45
·         13:30
·         14:15

·         15:00