SOS Malta se tippublika gazzetta biex tippromwovi d-diversità f’Malta

SOS Malta se tkun qed tippublika gazzetta bl-isem “Side by Side” – gazzetta li l-għan tagħha hu li tippromwovi l-integrazzjoni u d-diversità f’Malta.

Dan il-proġett ta’ sena se jkun ko-finanzjat mill-Fondi tal-Unjoni Ewropea għall-integrazzjoni tal-immigranti li mhumiex mill-Ewropa.

Din il-gazzetta se tkun aċċessibli kemm fuq print kif ukoll online u se tkun qed tiġi ppublikata fuq tliet edizzjonijiet – waħda f’Novembru, oħra f’Jannar u oħra f’April. Id-distribuzzjoni ta’ din il-gazzetta se jsir blas ħlas.

Il-kontenut ta’ din il-gazzetta se jkun ibbażat fuq aħbarijiet u stejjer interessanti dwar dawk li huma magħrufa bħala, Third Country Nationals. Iġifieri persuni li mhumiex Maltin jew Ewropej u jgħixu Malta legalment. L-artikli se jkunu qed jipprovdu informazzjoni kemm dwar il-kultura Maltija kif ukoll dwar kulturi ta’ pajjiżi mhux Ewropej.