SOS Malta b’appell għal donazzjonijiet għall-familja ta’ Lassana

Luke Zerafa

L-għaqda SOS Malta, f’isem il-komunità ta’ NGOs Maltija u għadd ta’ individwi qed tappella lill-pubbliku sabiex jagħti donazzjoni jiġi assigurat li l-familja ta’ Lassana Cisse Souleymane, l-immigrant li nqatel f’Ħal Far tingħata s-sapport kollu li għandha bżonn.

Kull min jixtieq jagħmel il-kontribuzzjoni tiegħu jista’ jew jagħti d-donazzjoni online minn fuq il-website ta’ SOS Malta, jew inkella jista’ jibgħat SMS fuq 50616125 għal €4.66 jew fuq 50619226 għal €11.65.

Aqra: L-Arċisqof b’donazzjoni għall-armla u wlied l-immigrant maqtul f’Ħal Far

Similarment, ilbieraħ l-Arċisqof Charles Scicluna ta’ nofs id-donazzjonijiet ta’ kunċert bl-isem ta’ ‘Archbishop’s Charity Concert’. Il-pubbliku jista’ jikkontribwixxu għal dan il-Fond ta’ Karità amministrat mill-Arċisqof billi jibgħat il-kontribuzzjoni tiegħu l-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana.

Aqra: Iwieġbu mhux ħatja s-suldati akkużati bil-qtil f’Ħal Far

Cisse inqatel kiesaħ u biered permezz ta’ tir f’Ħal Far fis-6 t’April. Propju fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, ġew arrestati żewġ żgħażagħ li huma membri tal-Forzi Armati ta’ Malta b’rabta mal-qtil tiegħu. Wieħed għandu 22 sena u joqgħod Raħal Ġdid filwaqt li l-ieħor għandu 21 sena u joqgħod Wied il-Għajn.

Huma qed jiġu akkużati li għamlu użu minn Toyota Starlet mingħajr numri ta’ reġistrazzjoni fuq quddiem u wara kif suppost. Ilbieraħ tressqu l-Qorti, fejn minkejja li wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom, huma baqgħu jinżammu taħt arrest.

Aqra: Iż-żewġ suldati akkużati b’omiċidju għadhom mhux sospiżi mill-AFM