Soru tiċċelebra żwieġ kattoliku fil-Kanada

Il-Vatikan awtoriżża lil Sr. Pierette Thiffault tas-Sorijiet tal-Providenza biex tiċċelebra u tippresiedi funzjoni ta’ żwieġ fi djoċesi li tinsab fil-Punent ta’ Quebec. Iċ-ċelebrazzjoni saret u marret tajjeb ħafna.
Id-djoċesi ta’ Rouyn-Norand għandha nuqqa kbir ta’ saċerdoti tant li l-Isqof  lil Sr. Pierette biex tgħinu fil-ħidma pastorali.  Meta s-soru kient mistoqsija għaliex intbagħtet hi biex iżżewweġ lil Cindy u David hi qaltilhom biex jistaqsu lill-Isqof u stqarret li f’din id-djoċesi in-numru ta’ qassisin li hemm kull wieħed minnhom ried ilaħħaq ma’ seba’ parroċċi differenti.
Għalkemm rari ħafna, il-Liġi Kanonika tippermetti li fejn hemm nuqqas ta’ saċerdoti l-Isqof jiddelega lajċi biex imexxu żwiġijiet wara li jkun kiseb l-awtoriżazzjoni mis-Santa .
Fit-tliet xhur qabel iż-żwieġ, is-soru ltaqgħet mal-koppja fi tliet okkażżjonijiet li hi ddeskriviet bħala missjoni ta’ evanġeliżazzjoni li matulhom kellha tispjega diversi aspetti taċ-ċelebrazzjoni liturġika.
Is-soru qalet li tħossha kburija li l-Isqof għażilha biex tiċċelebra dan iż-żwieġ u sostniet li dan kien pass importanti ‘l quddiem għas-sehem tan-nisa fil-Knisja.
Qalet li issa tħossha preparata biex jekk ikun hemm bżonn u l-Isqof jitlobha, terġa’ tirrepetidin l-esperjenza sabiħa u qalet li ma għandhiex dubju li fil-futur il-lajċi se jkunu msejħa biex jagħtu sehem akbar fil-Knisja.
Sr. Pierette ilha 55 sena soru u twettaq  ħidma pastorali fil-parroċċa ta’ Moffett li tmiss mal-parroċċa ta’ Lorrainville, fejn kien ċelebrat l-imsemmi żwieġ fit-22 ta’ Lulju.