Soru min-Nadur tingħaqad mal-Kongregazzjoni mwaqqfa minn Madre Tereża

Facebook - Diocese of Gozo

Soru mill-parroċċa tan-Nadur se tingħaqad mal-Kongregazzjoni mwaqqfa minn Madre Tereża.

Fuq Facebook id-Djoċesi ta’ Għawdex qalet li Sr Lux Marie Grech illum tiċċelebra l-Professjoni Solenni tagħha fi ħdan il-Kongregazzjoni mwaqqfa minn Madre Tereża ta’ Kalkutta għall-qadi tal-foqra. Dan sar fil-Kunvent tas-Sorijiet Missjunarji tal-Karità ta’ Via Casalina, Ruma.

Fl-istess ċerimonja, tnax oħra minn sħabha se jagħmlu huma wkoll il-Professjoni Solenni, waqt li ħames xebbiet oħra se jieħdu l-ewwel voti. Minħabba ċ-ċirkustanzi attwali tal-imixja tal-Coronavirus, għal dan il-mument għażiż fil-ħajja ta’ Elizabeth se jkun hemm preżenti biss is-sorijiet ta’ dak il-kunvent u ta’ dar oħra li l-Kongregazzjoni għandha qrib il-Kolossew.

“Bħala Knisja f’Għawdex ningħaqdu aħna wkoll ma’ din oħtna hija u tlissen l-“iva” totali tagħha lil Ġesù, l-Għarus maħbub tagħha. Nifirħu wkoll mal-familjari u l-ħbieb tagħha kif ukoll mal-membri tal-komunità parrokkjali tan-Nadur li, minħabba ċ-ċirkustanzi, kontra qalbhom ma jistgħux ikunu preżenti fiżikament għal din iċ-ċelebrazzjoni,” qalet id-Djoċesi.

Proprju f’dawn il-ħinijiet, fil-Kunvent tas-Sorijiet Missjunarji tal-Karità ta’ Via Casalina, Ruma, Sr Lux Marie Grech,…

Posted by Diocese of Gozo on Saturday, May 23, 2020