Read in English.
Soru Iraqqina li kellha taħrab mill-ISIS fl-2014 kienet imċaħħda milli tidħol fl-Ingilterra għat-tieni darba.
Sr Ban Madleen kienet applikat għal viża biex tidħol l-Ingilterra biex iżżur lil oħtha marida, iżda f’Marzu li għadda ma tawhiex permess. It-tieni applikazzjoni biex iżżur lil oħtha u lill-familja reġgħet kienet miċħuda aktar kmieni dan ix-xahar.
Ittra mit-Taqsima tal-Viżas u l-Immigrazzjoni tal-Ministeru tal-Intern tgħid li s-soru ma ssodisfatx ir-regoli tal-immigrazzjoni għax ma tatx prova li għandha biżżejjed flus biex tgħix u anqas li ġenwinament riedet iżżur lil qrabatha u mhux li tibqa’ l-Ingilterra.
Fr Benedict Kiely, kiteb fuq Twitter li “l-Ingilterra għat-tieni darba ċaħdet il-viża lil Soru Iraqqina li tkeċċiet ‘il barra mill-kunvent tagħha mill-ISIS, u ma ħallithiex tagħmel żjara ta’ xahar fl-Ingilterra. X’inhu jiġri f’dan il-pajjiż?