Soru Irlandiża b’karriera twila ta’ tagħlim fil-Pakistan

Sr John Berchman flimkien mal-Kardinal Nichols waqt il-premjazzjoni

Sister John Berchmans Conway, soru Irlandiża li għamlet 65 sena tgħallem fil-Pakistan, ngħatat rikonoxximent għall-ħidma tagħha mis-St Mary’s University ta’ Londra meta f’dan il-jiem kienet onorata bil-“Benedict Medal” li hi l-aktar premju prestiġjuż li jingħata minn din l-Università.

Matul dawn il-65 sena Sister Berchmans għallmet eluf ta’ studenti Nsara, Musulmani u Hindu fil-Pakistan, fosthom l-ex Prim Ministru Benazir Bhutto kif ukoll lir-rebbieħ tal-Premju Nobel, Nergis Navalavala.

Illum din is-soru għandha 89 sena u l-ġimgħa li għaddiet ngħatat rikonoxximent għad-dedikazzjoni u l-ħiliet tagħha fit-tagħlim, meta l-Kardinal Vincent Nichols, Arċisqof ta’ Westminster ippreżentalha l-Benedict Medal li hu premju msemmi għall-Papa Benedittu XVI li kien żar l-universita msemmija disa’ snin ilu. Il-Premju jingħata lil min jagħti kontribut fl-oqsma tal-edukazzjoni jew fil-ħajja pubblika jew fir-relazzjoni bejn ir-reliġjonijiet.

Tifħir kbir

Waqt iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni, il-Kardinal Nichols li hu wkoll Kanċillier tal-Università St Mary, faħħar id-dedikazzjoni u l-impenn ta’ Sr. Berchmans. “L-eżempji tagħha ta’ inklussività u rispett għandhom juru t-triq lill-gradwati tagħna fil-karriera ta’ għalliema u jkomplu jispiraw ġenerazzjonijiet futuri”.

Preżenti għaċ-ċerimonja kien hemm ukoll kien hemm il-President Irlandiz, Michael Higgins li rringrazzja lis-soru għall-kontribut tagħha lis-soċjetà. “Bil-ħidma tagħha u d-dedikazzjoni għat-tagħlim, saret eżempju qawwi tal-potenzjal u l-importanza tat-tagħlim u kienet eżempju mill-akbar tal-inklussività”, qal il-President.

Muhammad Nafees Zakaria, il-Kummissarju Għoli Ngliż tal-Pakistan għar-Renju Unit, sejjaħ lil Sister Berchmans “sinjal biex in-nies jimxu warajhĦ.

Eżempju missjunarju

Sr. John Berchmans Conway, twieldet f’ County Clare fl-Irlanda fl-1930 u fl-1951 daħlet fil-Kunvent ta’ Ġesù u Marija f’Londra.

Wara marret bħala missjunarja fil-Pakistan fejn għallmet f’Lahore, Murree u Karachi

A missionary to Pakistan, she taught at the Convents of Jesus and Mary in Lahore, Murree, and Karachi.

Hi kienet ngħatat ukoll wieħed mill-ogħla premjijiet ċivili tal-Pakistan magħruf bħala “Sitara-i-Quaid-i-Azam” għall-qadi kontinwu tad-dmirijiet tagħha.