“Sors ta’ enerġija u kuraġġ għalija personali”

Ilbieraħ kien jum speċjali għal Lukarda, in-nanna tal-Prim Ministru Robert Abela hekk kif iċċelebrat għeluq id-90 sena tagħha.

Is-sinjura Lukarda, li tinsab fl-isptar Karin Grech, hi persuna importanti f’ħajjet il-Prim Ministru li huwa ddeskriva bħala “Sors ta’ enerġija u kuraġġ għalija personali ta’ kuljum!”

Huwa ma naqasx milli jxerred ritratt tal-okkażjoni man-nanna li f’okkażjonijiet oħra kien iddeskriviha bħala waħda mill-ikbar supporters li huwa għandu.

Awguri sinjura Lukarda!